Our Lady of Medjugorje Messages containing 'se'

Total found: 7
Gheziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija*, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom.
*Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.
Gheziez uliedi! Illum ukoll ninsab fostkom biex nurikom it-triq li se tghinkom tgharfu l-imhabba ta' Alla, l-imhabba ta' Alla li tippermettilkom ssejhulu Missier u li tqisuh bhala Missier. Nitlobkom sabiex sincerament tharsu lejn qlubkom u taraw kemm tassew thobbuH. Huwa l-ahhar wiehed li qed jigi mahbub? Imdawwra minn tant affarijiet materjali, kemm-il darba ttradejtuH, chadtuH u nsejtuH? Uliedi, tidhkux bikom infuskom permezz tal-gid materjali! Ahsbu f' ruhkom ghax hija iktar importanti minn gisimkom; nadfuha. Sejhu lill-Missier, Hu qed jistennikom. Ergghu lura lejH. Jiena maghkom ghaliex Hu, fil-Hniena tieghU, qed jibghatni. Grazzi.
Fl-aħħar dehra ta' kuljum li Jakov kellu nhar it-12 ta' Settembru 1998, il-Madonna kienet qaltlu li minn issa 'l quddiem kien se jibda jkollu dehra waħda fis-sena, f' kull Milied. Hekk kien dan din is-sena wkoll. Id-dehra bdiet fis-2.25pm u damet seba' minuti.
Jakov qal, "Il-Madonna kelmitni fuq is-sigrieti u fl-aħħar qaltli: Itolbu, Itolbu Itolbu."
Għeżież uliedi! Illum ukoll ninsab magħkom u qed inħares lejkom u nberikkom u m' iniex se naqta' qalbi li din id-dinja għad tinbidel għat-tajjeb u li l-paċi ssaltan fi qlub il-bnedmin. L-hena se tibda ssaltan fid-dinja għaliex intom inftaħtu għas-sejħa tiegħi u għall-imħabba t' Alla. L-Ispirtu s-Santu qed jibdel lil dik il-multitudni ta' nies li qalu 'iva'. Għaldaqstant nixtieq ngħidilkom: Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! Jiena magħkom f' isem l-ikbar Imħabba, f' isem Alla l-għażiż, li ġie qrib tagħkom permezz ta' Ibni u wrikom il-vera mħabba. Nixtieq immexxikom fuq it-triq ta' Alla. Nixtieq ngħallimkom il-vera mħabba sabiex l-oħrajn ikunu jistgħu jarawha fikom, sabiex intom tarawha fl-oħrajn, sabiex intom tkunu aħwa għalihom u sabiex l-oħrajn jaraw fikom aħwa ħanina. Uliedi tibżgħux tiftħu qlubkom għalija. B' imħabba materna jiena nurikom x' qed nistenna minnkom, x' qed nistenna mill-appostli tiegħi. Imxu miegħi. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti u l-oġġetti reliġjużi li kellhom. Il-Madonna wkoll talbet biex isir talb għas-saċerdoti u qalet: "Nerġa' nenfasizza li jien se nittrijonfa magħhom."
Għeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.
Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
   




To compare Medjugorje messages with another language versions choose

For God to live in your hearts, you must love.

`