Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ikunu'

Total found: 12
Gheziez uliedi, b' imhabba materna nixtieq inheggigkom biex thobbu lill-proxmu taghkom. J'Alla Ibni jkun l-ghajn ta' dik l-imhabba. Hu li seta' jaghmel kollox bil-qawwa, ghazel l-imhabba u takom ezempju. Illum ukoll permezz tieghi, Alla qed jesprimi lejkom tjubija bla limiti u intom uliedi obbligati twiegbu ghaliha. Bl-istess tjubija u generozita giebu ruhkom ma' l-erwieh li tiltaqghu maghhom. J' Alla mhabbitkom tikkonvertihom. B' dan il-mod Ibni u mhabbtu jirxuxtaw fikom. Grazzi.
Il-Madonna ziedet : "Ir-rghajja taghkom ghandhom ikunu fi qlubkom u f' talbkom."
Gheziez uliedi llum bil-qalb tieghi ta' Omm nixtieq infakkarkom partikolarment u nigbdilkom l-attenzjoni taghkom dwar l-imhabba bla qjies ta' Alla u fuq il-pacenzja li tohrog minnha. Missierkom qed jibghatni u qed jistenna. Qed jistenna lill-qlub miftuha taghkom sabiex ikunu mhejjija ghax-xoghol tieghu. Qed jistenna li fl-ispirtu ta' Ibni, qlubkom ikunu maghquda f' imhabba nisranija u hniena. Titilfux hin uliedi ghax m' intomx is-sidien tieghu. Grazzi.
Gheziez uliedi! Illum insejhilkom biex sincerament tharsu fi qlubkom fit-tul. X' ser taraw fihom? Fejn hu Ibni fihom u fejn hi x-xewqa li timxu lejh warajja? Uliedi jalla dan iz-zmien ta' cahda ikun ghalikom zmien fejn intom tistaqsu lilkom infuskom: 'X'irid personalment minni l-Mulej? X'ghandi naghmel?' Itolbu, sumu u kunu ta' qalb hanina. Tinsewx lir-rghajja taghkom. Itolbu sabiex ma jintilfux, sabiex jibqghu f' Ibni halli hekk ikunu rghajja tajba ghal merhla.
Il-Madonna mbaghad harset lejn kull min kien prezenti u qalghet:
Nerga' nghidilkom, kieku biss tkunu tafu kemm inhobbkom, tibku bil-ferh. Grazzi.
Gheziez uliedi! Illum ukoll qed ingibilkom il-barka tieghi, inberikkom ilkoll u nitlobkom tikbru fuq din it-triq, li Alla beda permezz tieghi ghas-salvazzjoni taghkom. Itolbu, sumu u b' ferh ixhdu ghall-fidi taghkom tfal ckejknin, u j'Alla qlubkom ikunu dejjem mimilja talb. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien ta' grazzja nitlobkom iggeddu t-talb fil-familji. Hejju ruhkom bil-ferh ghall-migja ta' Gesu'. Tfal ckejknin, jalla qlubkom ikunu safja u joghgbu ('l Alla) halli mhabba u tjubija jistghu jghaddu minnkom ghal kull qalb li hi 'l boghod minn imhabbtu. Tfal ckejknin kunu l-idejn mifruxa tieghi, idejn ta' mhabba ghal dawk kollha li huma mitlufa, li m' ghadx ghandhom fidi u tama. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
Gheziez uliedi! F'dan iz-zmien fejn intom qeghdien titolbu u tfittxu l-intercessjoni tieghi, insejhilkom tfal ckejknin sabiex titolbu halli permezz tat-talb taghkom Jiena nkun nista' nghinkom biex qlubkom ikunu dejjem iktar miftuha biex jilqghu l-messaggi tieghi. Itolbu ghall-intenzjonijiet tieghi. Jiena maghkom u nintercedi ghal kull wiehed u wahda minnkom quddiem Ibni. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
Għeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! Illum insejħilkom għal umli, uliedi, umli devozzjoni. Qlubkom iridu jkunu retti. Jalla s-slaleb tagħkom ikunu l-mezzi fil-battalja kontra d-dnubiet taż-żminijet ta' llum. Jalla l-arma tagħkom tkun il-paċenzja u mħabba bla limiti - imħabba li taf tistenna u li tagħmilkom kapaċi tgħarfu s-sinjali ta' Alla - ħalli ħajjitkom, bl-imħabba umli, tkun tista' turi l-verita' lil dawk kollha li jfittxuha fid-dlam tal-gideb. Uliedi, appostli tiegħi, għinuni niftaħ il-mogħdijiet lil Ibni. Għal darb'oħra nitlobkom biex titolbu għar-rgħajja tagħkom. Ma' ġenbhom jien għad nittrijonfa. Grazzi.
Għeżież uliedi! Jiena magħkom f' isem l-ikbar Imħabba, f' isem Alla l-għażiż, li ġie qrib tagħkom permezz ta' Ibni u wrikom il-vera mħabba. Nixtieq immexxikom fuq it-triq ta' Alla. Nixtieq ngħallimkom il-vera mħabba sabiex l-oħrajn ikunu jistgħu jarawha fikom, sabiex intom tarawha fl-oħrajn, sabiex intom tkunu aħwa għalihom u sabiex l-oħrajn jaraw fikom aħwa ħanina. Uliedi tibżgħux tiftħu qlubkom għalija. B' imħabba materna jiena nurikom x' qed nistenna minnkom, x' qed nistenna mill-appostli tiegħi. Imxu miegħi. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti u l-oġġetti reliġjużi li kellhom. Il-Madonna wkoll talbet biex isir talb għas-saċerdoti u qalet: "Nerġa' nenfasizza li jien se nittrijonfa magħhom."
Għeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.
Għeżież uliedi! Insejħilkom, sabiex dan iż-żmien ikun għalikom ilkoll, żmien ta' xhieda. Intom li tgħixu fl-imħabba ta' Alla u esperjenzajtu d-doni tiegħu, ixhdu għalihom bi kliemkom u ħajjitkom ħalli dawn ikunu għall-hena u għall-inkuraġġiment ta' l-oħrajn fil-fidi. Jiena magħkom u l-ħin kollu ninterċedi għalikom quddiem Alla sabiex il-fidi tagħkom dejjem tkun ħajja, ferrieħa u fl-imħabba ta' Alla. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
   




To compare Medjugorje messages with another language versions choose

For God to live in your hearts, you must love.

`