Our Lady of Medjugorje Messages by month Lulju
Languages:
English
,
Afrikaans
,
العربية
,
Български
,
Беларуская
,
Català
,
Čeština
,
Deutsch
,
Español
,
Français
,
Hrvatski
,
Italiano
,
Kiswahili
,
Latviešu
,
Magyar
,
Malti
,
Nederlands
,
Norsk
,
Polski
,
Português
,
Română
,
Русский
,
Shqip
,
Slovenčina
,
Slovenščina
,
Suomi
,
Svenska
,
Tagalog
,
Tiếng Việt
,
Українська
,
زبان_فارسی
Message, Lulju 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Jalla dan iż-żmien ikun għalikom żmien ta' talb u skiet. Serrħu l-ġisem u r-ruħ tagħkom, jalla jkunu fl-imħabba ta' Alla. Ippermettuli tfal ċkejknin, sabiex immexxikom, iftħu qlubkom lill-Ispirtu s-Santu biex dak kollu li hu tajjeb fikom iwarrad u jagħti l-frott għall-mitt darba. Ibdew u temmu l-jum b' talb bil-qalb. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Lulju 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum insejħilkom għall-pass iebes u diffiċli, għall-għaqda tagħkom ma' Ibni. Insejħilkom għal stqarrija sħiħa u l-qrara ta' dnubietkom, għall-purifikazzjoni. Qalb mhux safja ma tistgħax tkun ma' Ibni u f' Ibni. Qalb mhux safja ma tisgħax tagħti l-frott ta' l-imħabba u ta' l-għaqda. Qalb mhux safja ma tisgħax twettaq affarijiet korretti u ġusti; m' hijiex eżempju ta' l-isbuħija ta' l-imħabba ta' Alla għal dawk li hemm madwarha u għal dawk li għadhom ma għarfux din l-imħabba. Intom uliedi, qed tinġabru madwari mimlija entużjażmu, xewqat u stennija u jiena bil-ħerqa nitlob lit-twajjeb Missier sabiex permezz ta' l-ispirtu s-Santu, ipoġġi lil Ibni - il-fidi, fil-qalb ippurifikata tagħkom. Uliedi obduni, ejjew terqu miegħi.
”
Message, Lulju 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-ferħ. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Lulju 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, is-sejħa materna li qed nindirizza lejkom illum, hija sejħa ta' verita' u ħajja. Ibni, li hu ħajja, iħobbkom u jafkom fil-verita'. Biex issiru tafu u tħobbu lilkom infuskom, tridu ssiru tafu lil Ibni; biex issiru tafu u tħobbu lil ohrajn tridu taraw lil Ibni fihom. Għalhekk uliedi itolbu, itolbu ħalli tkunu tistgħu tifhmu u ċċedu bi spirtu li hu ħieles, tkunu mibdula kompletament, u b' dan il-mod, ikun jista' ikollkom is-saltna tas-sema fi qlubkom hawn fl-art. Grazzi.
”
Message, Lulju 25, 2009
“
G
heziez uliedi, jalla dan ikun zmien ta' talb ghalikom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Lulju 2, 2009 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi! Qed insejhilkom ghax ghandi bzonnkom. Ghandi bzonn il-qlub taghkom lesti biex ihobbu bla limiti - qlub li ma jkunux imtaqqla mill-vanita - qlub li lesti jhobbu kif habb Ibni - li lesti jissaggrifikaw lilhom infushom bhalma Ibni ssaggrifika lilu nnifsu. Ghandi bzonnkom. Sabiex tigu mieghi ahfru lilkom infuskom, ahfru lil xulxin u aduraw lil Ibni. Adurawh anke ghal dawk li ghadhom ma jafuhx, ghal dawk li ma jhobbuhx. Ghalhekk ghandi bzonnkom; ghalhekk qed insejhilkom. Grazzi.
”
Message, Lulju 25, 2008
“
G
heziez uliedi! F' dan iz-zmien meta qed tahsbu dwar il-mistrieh fiziku, Jiena nsejhilkom ghall-konverzjoni. Itolbu u ahdmu halli qalbkom tixxennaq ghal Alla l-Hallieq, li Hu l-veru mistrieh ta' ruhkom u ta' gisimkom. Jalla Hu jirrivelalkom 'l wiccU u jalla jaghtikom l-paci tieghU. Jiena maghkom u nintercedi quddiem Alla ghal kull wiehed u wahda minnkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Lulju 2, 2008 - Messagg moghti lil Mirjana
“
G
heziez uliedi, b' imhabba materna nixtieq inheggigkom biex thobbu lill-proxmu taghkom. J'Alla Ibni jkun l-ghajn ta' dik l-imhabba. Hu li seta' jaghmel kollox bil-qawwa, ghazel l-imhabba u takom ezempju. Illum ukoll permezz tieghi, Alla qed jesprimi lejkom tjubija bla limiti u intom uliedi obbligati twiegbu ghaliha. Bl-istess tjubija u generozita giebu ruhkom ma' l-erwieh li tiltaqghu maghhom. J' Alla mhabbitkom tikkonvertihom. B' dan il-mod Ibni u mhabbtu jirxuxtaw fikom. Grazzi.
”
Il-Madonna ziedet :
"Ir-rghajja taghkom ghandhom ikunu fi qlubkom u f' talbkom."
To compare Medjugorje messages with another language versions choose