Our Lady of Medjugorje Messages containing 'mod'
Total found:
12
Message, Lulju 2, 2008 - Messagg moghti lil Mirjana
“
G
heziez uliedi, b' imhabba materna nixtieq inheggigkom biex thobbu lill-proxmu taghkom. J'Alla Ibni jkun l-ghajn ta' dik l-imhabba. Hu li seta' jaghmel kollox bil-qawwa, ghazel l-imhabba u takom ezempju. Illum ukoll permezz tieghi, Alla qed jesprimi lejkom tjubija bla limiti u intom uliedi obbligati twiegbu ghaliha. Bl-istess tjubija u generozita giebu ruhkom ma' l-erwieh li tiltaqghu maghhom. J' Alla mhabbitkom tikkonvertihom. B' dan il-
mod
Ibni u mhabbtu jirxuxtaw fikom. Grazzi.
”
Il-Madonna ziedet :
"Ir-rghajja taghkom ghandhom ikunu fi qlubkom u f' talbkom."
Message, Awwissu 2, 2008 - Messagg moghti lil Mirjana
“
G
heziez uliedi! Ghall-fatt li Jien qed nigi ghandkom hawn fostkom, il-kobor t' Alla qed jigi rifless u t-triq lejn l-hena eterna ma' Alla qed tinfetah. Thossukomx dghajfa, wahedkom u abbandunati. Bil-fidi, it-talb u l-imhabba, itilghu l-gholja tas-salvazzjoni. Jalla l-quddiesa, l-oghla u l-aktar att qawwi ta' talb ghalikom, tkun ic-centru tal-hajja spiritwali taghkom. Emmnu u hobbu uliedi. Dawk li Ibni ghazel u sejjah jghinukom f' dan ukoll. Lilkom u b'
mod
specjali lilhom, naghti l-barka materna tieghi. Grazzi.
”
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u anke l-oggetti religjuzi li gabu bil-barka materna taghha.
Message, Ottubru 25, 2008 - Il-messag ta' Sidtna Marija lil Marija Pavlovic Lunetti
“
G
heziez uliedi! B'
mod
specjali nitlobkom ilkoll sabiex titolbu ghall-intenzjonijiet tieghi, halli permezz ta' talbkom tkunu tistghu twaqqfu l-pjanijiet tax-xitan fuq din id-dinja, li kuljum hi dejjem iktar 'l boghod minn Alla u li qed tqieghed lilha nnifisha fil-post ta' Alla u qed teqred dak kollu li hu sabih u tajjeb fir-ruh ta' kull wiehed minnkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, ipprotegu lilkom infuskom bit-talb u s-sawm halli tkunu konxji kemm Alla jhobbkom u tkunu tistghu twettqu r-rieda t' Alla. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, Novembru 2, 2008 - Il-messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo nhar it-Tlieta
“
G
heziez uliedi, illum insejhilkom ghall-ghaqda shiha ma' Alla. Gisimkom jinsab hawn fl-art izda jien nitlobkom sabiex ruhkom tkun dejjem iktar vicin t' Alla. Dan taslu ghalih permezz tat-talb, talb b' qalb miftuha. B' dan il-
mod
intom troddu hajr lil Alla tat-tjubija bla tarf li Hu jaghtikom permezz tieghi u b' qalb sinciera tircievu l-obbligazzjoni sabiex tittrattaw lill-erwieh li tiltaqghu maghhom bl-istess tjubija. Grazzi uliedi.
”
Il-Madonna ziedet tghid:
"Bil-qalb nitlob 'l Alla sabiex jaghti qawwa u mhabba lir-rghajja taghkom sabiex jghinukom u jmexxukom f' dan."
Message, Dicembru 25, 2009 - Messagg ta' Sidtna Marija lil Jakov Colo waqt id-dehra annwali tieghu
“
G
heziez uliedi! Matul dan iz-zmien kollu fejn Alla b'
mod
specjali qed jippermettili nkun maghkom, Jiena nixtieq li mmexxikom fit-triq li twassal ghand Gesu' u lejn is-salvazzjoni taghkom. Tfal ckejknin tieghi, tistghu ssibu s-salvazzjoni f' Alla biss, u ghaldaqstant, specjalment f' dan il-jum ta' grazzja bic-ckejken Gesu' f' dirghajja, insejhilkom sabiex thallu lil Gesu' jitwieled fi qlubkom. B' Gesu' fi qlubkom biss tistghu tterrqu fuq it-triq tas-salvazzjoni u tal-hajja ta' dejjem. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, April 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum inberikkom b'
mod
speċjali u nitlob għalikom sabiex terġgħu lura lejn it-triq it-tajba lejn Ibni - is-Salvatur u r-Redentur tagħkom - lejĦ li takom il-ħajja ta' dejjem. Irriflettu fuq dak kollu li hu uman, fuq dak kollu li ma jħallikomx tmorru wara Ibni - fuq dak kollu li jgħaddi, l-imperfezzjonijiet u l-limitazzjonijiet - u mbagħad aħsbu fuq Ibni fuq l-infinita' Divina tiegħu. Bl-abbandun (f'Alla) u bit-talb tagħkom qaddsu lil ġisimkom u pperfezjonaw lil ruħkom. Kunu mħejjija wliedi. Grazzi.
”
Waqt li l-Madonna kienet sejra, Mirjana rat salib kbir tad-deheb wara l-Madonna.
Message, Mejju 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-
mod
ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Lulju 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, is-sejħa materna li qed nindirizza lejkom illum, hija sejħa ta' verita' u ħajja. Ibni, li hu ħajja, iħobbkom u jafkom fil-verita'. Biex issiru tafu u tħobbu lilkom infuskom, tridu ssiru tafu lil Ibni; biex issiru tafu u tħobbu lil ohrajn tridu taraw lil Ibni fihom. Għalhekk uliedi itolbu, itolbu ħalli tkunu tistgħu tifhmu u ċċedu bi spirtu li hu ħieles, tkunu mibdula kompletament, u b' dan il-
mod
, ikun jista' ikollkom is-saltna tas-sema fi qlubkom hawn fl-art. Grazzi.
”
Message, Jannar 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi! Illum insejħilkom għall-għaqda f' Ibni Ġesu'. Il-qalb materna tiegħi titlob biex intom tifhmu li intom il-familja ta' Alla. Permezz tal-liberta' spiritwali tar-rieda, li l-Missier tas-sema takom, intom mitluba li tgħarfu l-verita', it-tajjeb jew il-ħażen. Jalla t-talb u s-sawm jiftħu qlubkom u jgħinukom tiskopru lill-Missier tas-Sema permezz ta' Ibni. Filli tiskopru lill-Missier, ħajjitkom tkun immexxiha filli twettqu r-rieda ta' Alla u fit-twaqqif tal-familja ta' Alla, fil-
mod
kif Ibni jixtieqha. Ma nħallikomx waħedkom fuq din il-mogħdija. Grazzi.
”
Matul id-dehra, Mirjana ħasset li setgħet jew kellha tgħid lill-Madonna,
"Aħna lkoll ġejna għandek bit-tbatija u s-slaleb tagħna. B' ħerqa nitolbuk biex tgħinna."
Bħala tweġiba, il-Madonna firxet idejha fuq Mirjana u fuq kull min kien preżenti u qalet:
“
I
ftħu qlubkom għalija. Agħtuni t-tbatijiet tagħkom. L-Omm tgħin.
”
Message, Marzu 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Illum b'
mod
speċjali nixtieq nistedinkom għall-konverżjoni. Mill-lum jalla tibda ħajja ġdida fi qlubkom. Uliedi, nixtieq nara l-'iva' tagħkom, u jalla ħajjitkom issir għajxien ferrieħi tar-rieda ta' Alla f' kull mument ta' ħajjitkom. B'
mod
speċjali llum, nberikkom bil-barka materna tiegħi ta' paċi, imħabba u għaqda f' qalbi u f' qalb Ibni Ġesu'. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Mejju 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi, it-talba tiegħi għalikom illum hi biex intom ilkoll tfittxu l-grazzja tal-konverżjoni. Qed tħabbtu fuq il-bieb ta' qalbi, iżda mingħajr tama u talb, u mingħajr is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni ma' Alla. Ħallu d-dnub, tfal ċkejknin, u ddeċidu għall-qdusija. B' dan il-
mod
biss nista' ngħinkom, nisma' talbkom u ninterċedi għalikom quddiem Alla l-għoli. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Ottubru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B'
mod
speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
”
Mirjana qalet,
"Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
To compare Medjugorje messages with another language versions choose