Our Lady of Medjugorje Messages containing 'itolbu'
Total found:
18
Message, Gunju 2, 2008 - Apparitions to Mirjana
“
G
heziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija
*
, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid.
Itolbu
biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom.
”
*
Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.
Message, Lulju 25, 2008
“
G
heziez uliedi! F' dan iz-zmien meta qed tahsbu dwar il-mistrieh fiziku, Jiena nsejhilkom ghall-konverzjoni.
Itolbu
u ahdmu halli qalbkom tixxennaq ghal Alla l-Hallieq, li Hu l-veru mistrieh ta' ruhkom u ta' gisimkom. Jalla Hu jirrivelalkom 'l wiccU u jalla jaghtikom l-paci tieghU. Jiena maghkom u nintercedi quddiem Alla ghal kull wiehed u wahda minnkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Novembru 25, 2008 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Marija Pavlovic Lunetti
“
G
heziez uliedi! Anke llum insejhilkom, f' dan iz-zmien ta' grazzja, sabiex titolbu halli ic-ckejken Gesu' jitwieled fi qlubkom. Jalla Hu, li Hu l-paci nnifisha, jaghti l-paci lid-dinja kollha permezz taghkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin,
itolbu
bla waqfien ghal din id-dinja mqallba u bla paci, halli intom issiru xhieda tal-paci ghal kulhadd. Jalla t-tama tibda tnixxi minn qlubkom bhal xmara ta' grazzja. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Marzu 18, 2009 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi! Illum insejhilkom biex sincerament tharsu fi qlubkom fit-tul. X' ser taraw fihom? Fejn hu Ibni fihom u fejn hi x-xewqa li timxu lejh warajja? Uliedi jalla dan iz-zmien ta' cahda ikun ghalikom zmien fejn intom tistaqsu lilkom infuskom: 'X'irid personalment minni l-Mulej? X'ghandi naghmel?'
Itolbu
, sumu u kunu ta' qalb hanina. Tinsewx lir-rghajja taghkom.
Itolbu
sabiex ma jintilfux, sabiex jibqghu f' Ibni halli hekk ikunu rghajja tajba ghal merhla.
”
Il-Madonna mbaghad harset lejn kull min kien prezenti u qalghet:
“
N
erga' nghidilkom, kieku biss tkunu tafu kemm inhobbkom, tibku bil-ferh. Grazzi.
”
Message, April 25, 2009
“
G
heziez uliedi, illum insejhilkom biex titolbu ghall-paci u biex tixhdu ghaliha fil-familji taghkom halli l-paci ssir l-akbar tezor f' din id-dinja minghajr sliem. Jiena s-Sultana tal-Paci taghkom u Ommkom.Nixtieq immexxikom fuq it-triq tal-Paci li tigi biss minn Alla. Ghaldaqstant
itolbu
,
itolbu
,
itolbu
. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Gunju 25, 2009
“
G
heziez uliedi Ifirhu mieghi, ikkonvertu bil-ferh u roddu hajr lil Alla tad-don tal-prezenza tieghi fostkom.
Itolbu
sabiex fi qlubkom Alla jkun fic-centru ta' hajjitkom u b' hajjitkom ixhdu wliedi ckejknin sabiex kull hlejqa tkun tista' thoss l-imhabba t' Alla. Kunu idejja mifruxa fuq kull hlejqa biex din toqrob dejjem iktar lejn Alla ta' l-imhabba. Inberikkom bil-barka tieghi ta' omm. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, Awwissu 25, 2009
“
G
heziez uliedi! Illum qed insejhilkom mill-gdid ghall-konverzjoni. Tfal ckejknin m' intomx qaddisa biz-zejjed u m' intomx tirraddjaw il-qdusija fuq l-ohrajn, ghaldaqstant
itolbu
,
itolbu
,
itolbu
u ahdmu fuq il-konverzjoni personali taghkom halli intom issiru sinjal ta' l-imhabba t' Alla ghal ohrajn. Jiena maghkom u qed immexxikom lejn l-eternita', li ghaliha kull qalb ghandha tixxennaq. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Settembru 2, 2009 - Messagg moghti minn Sidtna Marija permezz ta' Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi, b' qalb materna llum qed insejhilkom biex titghallmu tahfru kompletament u bla ebda kundizzjonijiet. Intom tbatu ingustizzja, tradimenti u persekuzzjonijiet, izda b' dan intom eqreb u eghzez ghal Alla. Gheziez uliedi,
itolbu
ghad-don ta' l-imhabba. L-imhabba biss tahfer kollox, bhalma Ibni jahfer - imxu warajh. Jiena ninsab fostkom u qed nitlob sabiex meta intom tigu quddiem il-Missier tkunu tistghu tghidu, 'Hawn jien Missier, jien imxejt wara Ibnek, kelli l-imhabba u hfirt mill-qalb ghax jien emmint fil-gudizzju tieghek u afdajtek.' Grazzi.
”
Message, Ottubru 25, 2009
“
G
heziez uliedi! Illum ukoll qed ingibilkom il-barka tieghi, inberikkom ilkoll u nitlobkom tikbru fuq din it-triq, li Alla beda permezz tieghi ghas-salvazzjoni taghkom.
Itolbu
, sumu u b' ferh ixhdu ghall-fidi taghkom tfal ckejknin, u j'Alla qlubkom ikunu dejjem mimilja talb. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, Marzu 18, 2010 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi llum insejħilkom sabiex tħobbu b' qalbkom kollha u b' ruħkom kollha.
Itolbu
għad-don ta' l-imħabba għaliex meta ruħ tħobb, hi ssejjaħ lil Ibni lejha. Ibni ma jirrifjutax lil dawk li jsejħulu, u li jixtiequ jgħixu skond Hu.
Itolbu
għal dawk li ma jifhmux l-imħabba, li ma jifhmux xi tfisser li tħobb.
Itolbu
biex Alla jkun Missierhom u mhux l-Imħallef tagħhom. Uliedi, kunu intom l-appostli tiegħi, kunu x-xmara tiegħi ta' mħabba. Għandi bżonnkom. Grazzi.
”
Message, April 25, 2010
“
G
heziez uliedi! F'dan iz-zmien fejn intom qeghdien titolbu u tfittxu l-intercessjoni tieghi, insejhilkom tfal ckejknin sabiex titolbu halli permezz tat-talb taghkom Jiena nkun nista' nghinkom biex qlubkom ikunu dejjem iktar miftuha biex jilqghu l-messaggi tieghi.
Itolbu
ghall-intenzjonijiet tieghi. Jiena maghkom u nintercedi ghal kull wiehed u wahda minnkom quddiem Ibni. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Lulju 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, is-sejħa materna li qed nindirizza lejkom illum, hija sejħa ta' verita' u ħajja. Ibni, li hu ħajja, iħobbkom u jafkom fil-verita'. Biex issiru tafu u tħobbu lilkom infuskom, tridu ssiru tafu lil Ibni; biex issiru tafu u tħobbu lil ohrajn tridu taraw lil Ibni fihom. Għalhekk uliedi
itolbu
,
itolbu
ħalli tkunu tistgħu tifhmu u ċċedu bi spirtu li hu ħieles, tkunu mibdula kompletament, u b' dan il-mod, ikun jista' ikollkom is-saltna tas-sema fi qlubkom hawn fl-art. Grazzi.
”
Message, Awwissu 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! B' ferħ kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid:
itolbu
,
itolbu
,
itolbu
. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali għalikom. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-ferħ. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Ottubru 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi, jalla dan iż-żmien ikun żmien ta' talb għalikom. Is-sejħa tiegħi tfal ċkejknin, tixtieq tkun għalikom sejħa sabiex tiddeċiedu li ssegwu t-triq tal-konverżjoni; għaldaqstant
itolbu
u fittxu l-interċessjoni tal-qaddisin kollha. Jalla huma jkunu għalikom eżempju, inċentiv u hena lejn il-ħajja ta' dejjem. Grazzi talli weġibtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Novembru 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u
itolbu
maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi.
”
Message, Dicembru 25, 2010 - Messagg ta' Sidtna Marija lil Jakov Colo waqt id-dehra annwali tieghu
Fl-aħħar dehra ta' kuljum li Jakov kellu nhar it-12 ta' Settembru 1998, il-Madonna kienet qaltlu li minn issa 'l quddiem kien se jibda jkollu dehra waħda fis-sena, f' kull Milied. Hekk kien dan din is-sena wkoll. Id-dehra bdiet fis-2.25pm u damet seba' minuti.
Jakov qal, "Il-Madonna kelmitni fuq is-sigrieti u fl-aħħar qaltli:
Itolbu
,
Itolbu
Itolbu
."
Message, Ottubru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier.
Itolbu
! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru.
Itolbu
!
Itolbu
sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom?
Itolbu
! Grazzi.
”
Mirjana qalet,
"Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
Latest Message, Novembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom:
itolbu
għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose