Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ferħ'
Total found:
8
Message, Marzu 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! Illum ukoll nixtieq insejħilkom biex tkunu b' saħħitkom fit-talb u fil-waqtiet meta jattakkawkom il-provi. Għixu l-vokazzjoni kristjana tagħkom fil-
ferħ
u fl-umilta' u ixhdu quddiem kulħadd. Jiena magħkom u nġorrkom ilkoll quddiem Ibni Ġesu', u Hu jkun is-saħħa u l-appoġġ tagħkom. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Lulju 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-
ferħ
. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Awwissu 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex flimkien miegħi, tibdew tibnu fi qlubkom is-saltna tas-smewwiet u tinsew dak kollu li hu personali, u mmexija mill-eżempju ta' Ibni, taħsbu f' dak li hu ta' Alla. X' jixtieq Hu minn għandkom? Tħallux lil satana jiftħilkom it-toroq tal-
ferħ
ta' din id-dinja, toroq fejn m' hemmx Ibni. Uliedi, huma foloz u jdumu ftit. Ibni jeżisti. Jiena noffrilkom il-
ferħ
etern u l-paċi, l-għaqda ma' Ibni, ma' Alla, Jiena noffrilkom is-saltna t' Alla. Grazzi.
”
Message, Awwissu 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! B'
ferħ
kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid: itolbu, itolbu, itolbu. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali għalikom. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-
ferħ
. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Dicembru 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! Illum Jien u Ibni nixtiequ nagħtukom abbundanza ta' hena u
ferħ
sabiex kul wieħed minnkom jista' ikun messaġġier ferħan u xhud tal-paċi u l-hena fil-postijiet fejn tgħixu. Tfal ċkejknin, kunu barka u kunu sliem. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Frar 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, qed tinġabru madwari, qed tfittxu triqitkom, qed tfittxu, tfittxu l-verita' iżda qed tinsew dak li hu l-iktar importanti, qed tinsew titolbu sewwa. Xuftejkom ilissnu ħafna kliem, iżda l-ispirtu tagħkom ma jħoss xejn. Waqt li tiġġerrew fid-dlam, saħansitra qed timmaġinaw lil Alla nnifsu skont ma taħsbu intom, u mhux kif inhu tassew f' imħabbtu. Għeżież uliedi, it-talb sew joħroġ mill-fond tal-qalb, mit-tbatija tagħkom, mill-
ferħ
tagħkom, filli tfittxu l-maħfra tad-dnubiet. Din hi l-mogħdija li permezz tagħha tgħarfu lil Alla l-veru, u permezz tagħha anke lilkom nfuskom, għax intom ġejtu maħluqa skont Hu. It-talb jwassalkom għat-twettiq tax-xewqa tiegħi, tal-missjoni tiegħi fostkom, għall-għaqda fil-familja ta' Alla. Grazzi.
”
Mirjana ma kienitx f' Medjugorje għad-dehra llum. Qaltilna li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti, irringrazzjathom u talbitna nitolbu għas-saċerdoti.
Message, Ottubru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-
ferħ
tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
”
Mirjana qalet,
"Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
Latest Message, Ottubru 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Qed inħares lejkom u fi qlubkom m' iniex nara
ferħ
. Illum nixtieq nagħtikom l-
ferħ
ta' l-Irxoxt, sabiex Hu jmexxikom u jħaddankom b' imħabbtu u bil-ħlewwa tiegħu. Inħobbkom u qed nitlob bla waqfien għall-konverżjoni tagħkom quddiem Ibni Ġesu'. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose