Web address of the page: https://www.medjugorje.ws/mt/messages/highlight?find=taghna 
www.medjugorje.ws » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'taghna'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'taghna'

Gheziez uliedi, illum, bil-qalb tieghi ta' omm, insejhilkom lilkom hawn migbura madwari, sabiex thobbu lill-proxmu taghkom. Uliedi ieqfu! Harsu f' ghajnejn hukom u araw lil Gesu', Ibni. Jekk taraw ferh, ifirhu mieghu. Jekk hemm l-ugigh f' ghajnejn hukom, bil-hlewwa u t-tjubija taghkom, nehhuh ghax minghajr imhabba intom mitlufa. L-imhabba biss hija effettiva; hi twettaq il-mirakli. L-imhabba taghtikom l-ghaqda f' Ibni u r-rebha ta' qalbi. Ghaldaqstant uliedi, hobbu.
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu. Ghal darb' ohra regghet qaltilna sabiex nitolbu ghar-rghajja taghna.