Web address of the page: https://www.medjugorje.ws/mt/messages/highlight?find=jag%C4%A7tikom 
www.medjugorje.ws » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'jagħtikom'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'jagħtikom'

Total found: 2
Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi.
Għeżież uliedi! Inħares lejkom u nara fi qlubkom mewt mingħajr tama, qlub bla kwiet u bil-ġuħ. M' hemmx talb jew tama f' Alla, u għalhekk l-Iktar Għoli jippermettili niġi biex inġibilkom it-tama u l-hena. Infetħu. Iftħu qlubkom għall-ħniena ta' Alla u Hu jagħtikom kull ma teħtieġu u jimla lil qlubkom bil-paċi, għaliex Huwa l-paċi u t-tama tagħkom. Grazzi talil weġibtu għas-sejħa tiegħi.