Our Lady of Medjugorje Messages containing 'x'
Total found:
5
Message, Marzu 18, 2009 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi! Illum insejhilkom biex sincerament tharsu fi qlubkom fit-tul.
X
' ser taraw fihom? Fejn hu Ibni fihom u fejn hi
x
-xewqa li timxu lejh warajja? Uliedi jalla dan iz-zmien ta' cahda ikun ghalikom zmien fejn intom tistaqsu lilkom infuskom: '
X
'irid personalment minni l-Mulej?
X
'ghandi naghmel?' Itolbu, sumu u kunu ta' qalb hanina. Tinsewx lir-rghajja taghkom. Itolbu sabiex ma jintilfux, sabiex jibqghu f' Ibni halli hekk ikunu rghajja tajba ghal merhla.
”
Il-Madonna mbaghad harset lejn kull min kien prezenti u qalghet:
“
N
erga' nghidilkom, kieku biss tkunu tafu kemm inhobbkom, tibku bil-ferh. Grazzi.
”
Message, Dicembru 2, 2009 - Messagg moghti minn Sidtna Marija permezz ta' Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi f' dan iz-zmien ferriehi ta' stennija u ta' preparazzjoni Jiena bhala Omm nixtieq nippuntakom lejn dak li hu l-iktar importanti, ruhkom. Jista' Ibni jitwieled fiha? Hija mnaddfa bl-imhabba mill-gideb, mill-arroganza, mill-mibeghda u mill-hazen? Fuq kollox ruhkom thobb 'l Alla bhala Missierkom u thobb lill-proxmu bhala huha fi Kristu? Jiena qed nippuntakom lejn it-triq li tgholli lil ruhkom f' ghaqda shiha ma' Ibni.
X
' ferh ikun dan ghalija bhala Omm. Grazzi.
”
Message, Marzu 18, 2010 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi llum insejħilkom sabiex tħobbu b' qalbkom kollha u b' ruħkom kollha. Itolbu għad-don ta' l-imħabba għaliex meta ruħ tħobb, hi ssejjaħ lil Ibni lejha. Ibni ma jirrifjutax lil dawk li jsejħulu, u li jixtiequ jgħixu skond Hu. Itolbu għal dawk li ma jifhmux l-imħabba, li ma jifhmux xi tfisser li tħobb. Itolbu biex Alla jkun Missierhom u mhux l-Imħallef tagħhom. Uliedi, kunu intom l-appostli tiegħi, kunu
x
-xmara tiegħi ta' mħabba. Għandi bżonnkom. Grazzi.
”
Message, Awwissu 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex flimkien miegħi, tibdew tibnu fi qlubkom is-saltna tas-smewwiet u tinsew dak kollu li hu personali, u mmexija mill-eżempju ta' Ibni, taħsbu f' dak li hu ta' Alla.
X
' jixtieq Hu minn għandkom? Tħallux lil satana jiftħilkom it-toroq tal-ferħ ta' din id-dinja, toroq fejn m' hemmx Ibni. Uliedi, huma foloz u jdumu ftit. Ibni jeżisti. Jiena noffrilkom il-ferħ etern u l-paċi, l-għaqda ma' Ibni, ma' Alla, Jiena noffrilkom is-saltna t' Alla. Grazzi.
”
Latest Message, Marzu 18, 2011 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi! Jiena magħkom f' isem l-ikbar Imħabba, f' isem Alla l-għażiż, li ġie qrib tagħkom permezz ta' Ibni u wrikom il-vera mħabba. Nixtieq immexxikom fuq it-triq ta' Alla. Nixtieq ngħallimkom il-vera mħabba sabiex l-oħrajn ikunu jistgħu jarawha fikom, sabiex intom tarawha fl-oħrajn, sabiex intom tkunu aħwa għalihom u sabiex l-oħrajn jaraw fikom aħwa ħanina. Uliedi tibżgħux tiftħu qlubkom għalija. B' imħabba materna jiena nurikom
x
' qed nistenna minnkom,
x
' qed nistenna mill-appostli tiegħi. Imxu miegħi. Grazzi.
”
Mirjana qalet li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti u l-oġġetti reliġjużi li kellhom. Il-Madonna wkoll talbet biex isir talb għas-saċerdoti u qalet:
"Nerġa' nenfasizza li jien se nittrijonfa magħhom."
To compare Medjugorje messages with another language versions choose