Our Lady of Medjugorje Messages containing 'kollha'
Total found:
16
Message, Gunju 2, 2008 - Apparitions to Mirjana
“
G
heziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija
*
, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom.
”
*
Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk
kollha
prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.
Message, Novembru 25, 2008 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Marija Pavlovic Lunetti
“
G
heziez uliedi! Anke llum insejhilkom, f' dan iz-zmien ta' grazzja, sabiex titolbu halli ic-ckejken Gesu' jitwieled fi qlubkom. Jalla Hu, li Hu l-paci nnifisha, jaghti l-paci lid-dinja
kollha
permezz taghkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, itolbu bla waqfien ghal din id-dinja mqallba u bla paci, halli intom issiru xhieda tal-paci ghal kulhadd. Jalla t-tama tibda tnixxi minn qlubkom bhal xmara ta' grazzja. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Dicembru 2, 2008 - Il-messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo nhar it-Tlieta
“
G
heziez uliedi, f' dan iz-zmien qaddis ta' stennija ferrieha, Alla ghazel lilkom ic-ckejknin biex iwettaq l-intenzjonijiet kbar tieghu. Uliedi, kunu umli. Permezz ta' l-umilta' taghkom, bl-gherf tieghu, Alla jaghmel minn qlubkom dar maghzula. Intom iddawwluha bl-ghemil tajjeb taghkom u ghaldaqstant b' hekk, b' qalb miftuha, intom tilqghu t-twelid ta' Ibni fl-imhabba generuza
kollha
tieghu. Grazzi gheziez uliedi.
”
Wara l-Madonna ziedet tghid,
"Bil-qalb nitlob 'l Alla biex jaghti qawwa u mhabba lir-rghajja taghkom, biex ighinukom f' dan u jmexxukom."
Message, Awwissu 2, 2009 - Messagg moghti minn Sidtna Marija permezz ta' Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi, qed nigi bl-imhabba materna tieghi biex nurikom it-triq li fuqha ghandkom timxu halli intom tkunu
kollha
dejjem iktar bhal Ibni; u b' hekk tkunu eqreb u iktar ghal qalb t' Alla. Tirrifjutawx imhabbti.Tichdux is-salvazzjoni u l-hajja ta' dejjem minhabba f' dak kollu li jghaddi u l-frivolitajiet tal-hajja. Jiena ninsab fostkom biex immexxikom u bhala omm, inwissikom. Ejjew mieghi.
”
Message, Settembru 25, 2009
“
G
heziez uliedi, b' ferh ahdmu b' persistenza fuq il-konverzjoni taghkom. Offru l-ferh u t-tbatijiet
kollha
taghkom lill-Qalb Immakulata tieghi halli Jien immexxikom ilkoll lejn il-wisq mahbub Ibni, halli intom ssibu l-hena fil-Qalb tieghu. Jiena maghkom sabiex nghallimkom u mmexxikom lejn l-eternita'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Novembru 25, 2009
“
G
heziez uliedi! F' dan iz-zmien ta' grazzja nitlobkom iggeddu t-talb fil-familji. Hejju ruhkom bil-ferh ghall-migja ta' Gesu'. Tfal ckejknin, jalla qlubkom ikunu safja u joghgbu ('l Alla) halli mhabba u tjubija jistghu jghaddu minnkom ghal kull qalb li hi 'l boghod minn imhabbtu. Tfal ckejknin kunu l-idejn mifruxa tieghi, idejn ta' mhabba ghal dawk
kollha
li huma mitlufa, li m' ghadx ghandhom fidi u tama. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Frar 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi, b' imhabba materna llum nsejhilkom biex tkunu fanal ghall-erwieh
kollha
li jterrqu fid-dlam ta' l-injoranza fuq l-imhabba ta' Alla. Sabiex tixeghlu iktar u tigbdu aktar erwieh, thallux kull mhuwiex veru li johrog minn fommkom isiktilkom il-kuxjenza. Kunu perfetti. Jiena qed immexxikom b' id materna - id ta' mhabba. Grazzi.
”
Message, Marzu 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi, f' dan iz-zmien specjali ta' sforz minn naha taghkom biex tkunu iktar eqreb ta' Ibni, lejn it-tbatija tieghu, izda anke lejn l-imhabba li biha ssaportiha, nixtieq nghidilkom li Jiena ninsab maghkom. Jiena nghinkom tirbhu fuq l-izbalji u t-tentazzjonijiet permezz tal-grazzja tieghi. Jiena nghallimkom l-imhabba, imhabba li timsah 'l hemm id-dnubiet
kollha
u li taghmilkom perfetti, imhabba li taghtikom il-paci ta' Ibni issa u dejjem. Paci maghkom u fikom ghax jien is-Sultana tal-Paci. Grazzi.
”
Message, Marzu 18, 2010 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi llum insejħilkom sabiex tħobbu b' qalbkom
kollha
u b' ruħkom
kollha
. Itolbu għad-don ta' l-imħabba għaliex meta ruħ tħobb, hi ssejjaħ lil Ibni lejha. Ibni ma jirrifjutax lil dawk li jsejħulu, u li jixtiequ jgħixu skond Hu. Itolbu għal dawk li ma jifhmux l-imħabba, li ma jifhmux xi tfisser li tħobb. Itolbu biex Alla jkun Missierhom u mhux l-Imħallef tagħhom. Uliedi, kunu intom l-appostli tiegħi, kunu x-xmara tiegħi ta' mħabba. Għandi bżonnkom. Grazzi.
”
Message, Ottubru 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi! Illum insejħilkom għal umli, uliedi, umli devozzjoni. Qlubkom iridu jkunu retti. Jalla s-slaleb tagħkom ikunu l-mezzi fil-battalja kontra d-dnubiet taż-żminijet ta' llum. Jalla l-arma tagħkom tkun il-paċenzja u mħabba bla limiti - imħabba li taf tistenna u li tagħmilkom kapaċi tgħarfu s-sinjali ta' Alla - ħalli ħajjitkom, bl-imħabba umli, tkun tista' turi l-verita' lil dawk
kollha
li jfittxuha fid-dlam tal-gideb. Uliedi, appostli tiegħi, għinuni niftaħ il-mogħdijiet lil Ibni. Għal darb'oħra nitlobkom biex titolbu għar-rgħajja tagħkom. Ma' ġenbhom jien għad nittrijonfa. Grazzi.
”
Message, Ottubru 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi, jalla dan iż-żmien ikun żmien ta' talb għalikom. Is-sejħa tiegħi tfal ċkejknin, tixtieq tkun għalikom sejħa sabiex tiddeċiedu li ssegwu t-triq tal-konverżjoni; għaldaqstant itolbu u fittxu l-interċessjoni tal-qaddisin
kollha
. Jalla huma jkunu għalikom eżempju, inċentiv u hena lejn il-ħajja ta' dejjem. Grazzi talli weġibtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Marzu 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi! Il-qalb materna tiegħi ssoffri tremendament waqt li nħares lejn uliedi, li b' persistenza jpoġġu quddiemhom dak li hu uman qabel dak li hu ta' Alla, lejn uliedi li b' dak kollu li hemm madwarhom u bis-sinjali
kollha
li jintbagħtulhom xorta waħda jaħsbu li jistgħu jimxu mingħajr Ibni. Ma jistgħux! Qed jimxu lejn it-telfien ta' dejjem. Huwa għal dan il-għan li qed niġborkom, intom li lesti li tiftħu qlubkom għalija, intom li lesti tkunu appostli ta' l-imħabba tiegħi, sabiex tgħinuni; ħalli billi tgħixu l-imħabba ta' Alla intom tistgħu tkunu eżempju għal dawk li ma jafuhiex. Jalla s-sawm u t-talb jgħinkom f' dan u nberikkom b' barka materna fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Grazzi.
”
Mirjana qalet li l-Madonna kienet qalbha sewda ħafna.
Message, Awwissu 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex titwieldu mill-ġdid fit-talb, u permezz ta' l-Ispirtu s-Santu ssiru poplu ġdid flimkien ma' Ibni; poplu li jaf li jekk tilef lil Alla, tilef lilu innifsu; poplu li jaf li flimkien ma' Alla, għalkemm qalb tant tbatija u provi, huwa fiż-żgur u salv. Insejħilkom sabiex tinġabru fil-familja ta' Alla u li tissaħħu bil-qawwa tal-Missier. Bħala individwi, uliedi, intom ma tistgħux twaqqfu l-ħażen li jrid jibda jsaltan f' din id-dinja u jeqridha. Iżda skont ir-rieda ta' Alla, ilkoll flimkien, ma' Ibni intom tistgħu tbiddlu kollox u tfejqu lid-dinja. Insejħilkom sabiex titolbu b' qalbkom
kollha
għar-rgħajja tagħkom għaliex Ibni għażilhom. Grazzi.
”
Message, Awwissu 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Illum insejħilkom sabiex titolbu u ssumu għall-intenzjonijiet tiegħi għaliex satana jrid jeqred il-pjan tiegħi. Hawn bdejt b' din il-parroċċa u stedint lid-dinja
kollha
. Ħafna wieġbu iżda hemm numru enormi li ma jridux jisimgħu u jilqgħu s-sejħa tiegħi. Għalhekk intom li għidtu 'iva', ibqgħu b' saħħitkom u sodi. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Settembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi; b' qalbi u ruħi
kollha
mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja
kollha
, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.
”
Latest Message, Novembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb
kollha
, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk
kollha
li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose