Our Lady of Medjugorje Messages containing 'insejhilkom'
Total found:
16
Message, Gunju 25, 2008
“
G
heziez uliedi! Illum ukoll, b' ferh kbir gewwa qalbi
insejhilkom
biex timxu warajha u tisimghu l-messaggi tieghi. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u l-imhabba f' din id-dinja bla sliem. Jiena maghkom u nberikkom flimkien ma' Ibni, is-Sultan tal-Paci.
”
Message, Awwissu 25, 2008
“
G
heziez uliedi! Anke llum
insejhilkom
ghall-konverzjoni personali.Kunu intom dawk li jikkonvertu, u bil-hajja taghkom, tkunu xhieda, hobbu, ahfru u gibu l-ferh ta' l-Irxoxt f' din id-dinja fejn Ibni miet u fejn in-nies ma jhossux il-htiega li jfittxuh u li jiskopruH f' hajjithom. Intom tadurawH, u jalla t-tama taghkom tkun tama ghal dawk il-qlub li m' ghandhomx 'l Gesu'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi!
”
Message, Settembru 2, 2008 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana
“
G
heziez uliedi, illum, bil-qalb tieghi ta' omm,
insejhilkom
lilkom hawn migbura madwari, sabiex thobbu lill-proxmu taghkom. Uliedi ieqfu! Harsu f' ghajnejn hukom u araw lil Gesu', Ibni. Jekk taraw ferh, ifirhu mieghu. Jekk hemm l-ugigh f' ghajnejn hukom, bil-hlewwa u t-tjubija taghkom, nehhuh ghax minghajr imhabba intom mitlufa. L-imhabba biss hija effettiva; hi twettaq il-mirakli. L-imhabba taghtikom l-ghaqda f' Ibni u r-rebha ta' qalbi. Ghaldaqstant uliedi, hobbu.
”
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu. Ghal darb' ohra regghet qaltilna sabiex nitolbu ghar-rghajja taghna.
Message, Novembru 2, 2008 - Il-messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo nhar it-Tlieta
“
G
heziez uliedi, illum
insejhilkom
ghall-ghaqda shiha ma' Alla. Gisimkom jinsab hawn fl-art izda jien nitlobkom sabiex ruhkom tkun dejjem iktar vicin t' Alla. Dan taslu ghalih permezz tat-talb, talb b' qalb miftuha. B' dan il-mod intom troddu hajr lil Alla tat-tjubija bla tarf li Hu jaghtikom permezz tieghi u b' qalb sinciera tircievu l-obbligazzjoni sabiex tittrattaw lill-erwieh li tiltaqghu maghhom bl-istess tjubija. Grazzi uliedi.
”
Il-Madonna ziedet tghid:
"Bil-qalb nitlob 'l Alla sabiex jaghti qawwa u mhabba lir-rghajja taghkom sabiex jghinukom u jmexxukom f' dan."
Message, Novembru 25, 2008 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Marija Pavlovic Lunetti
“
G
heziez uliedi! Anke llum
insejhilkom
, f' dan iz-zmien ta' grazzja, sabiex titolbu halli ic-ckejken Gesu' jitwieled fi qlubkom. Jalla Hu, li Hu l-paci nnifisha, jaghti l-paci lid-dinja kollha permezz taghkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, itolbu bla waqfien ghal din id-dinja mqallba u bla paci, halli intom issiru xhieda tal-paci ghal kulhadd. Jalla t-tama tibda tnixxi minn qlubkom bhal xmara ta' grazzja. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Dicembru 25, 2008 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Marija Pavlovic Lunetti
“
G
heziez uliedi! Qeghdien tigru, tahdmu, tigbru - izda minghajr ma tbierku. M' intomx titolbu! IIlum
insejhilkom
biex tieqfu quddiem il-maxtura u timmeditaw fuq Gesu', li Jien naghti lilkom illum ukoll biex iberikkom u jghinkom tifhmu li minghajru m' ghandkomx futur. Ghaldaqstant, tfal ckejknin, itilqu hajjitkom f' idejn Gesu' halli Hu jmexxikom u jipprotegikom minn kull hazen. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Jannar 25, 2009
“
G
heziez uliedi! Anke llum
insejhilkom
ghat-talb. Jalla t-talb ghalikom ikun bhal dik iz-zerriegha li intom tqieghdu f' qalbi u li Jien nghaddihielkom lil Gesu ghas-salvazzjoni ta' rwiehkom. Nixtieq tfal ckejknin li lkoll kemm intom issiru thobbu l-hajja eterna li hi l-futur taghkom, u li l-affarijiet tad-dinja jkunu ghalikom ta' ghajnuna sabiex iqarrbukom iktar lejn Alla l-Hallieq. Ninsab maghkom daqshekk fit-tul ghax qeghdien fuq il-moghdija l-hazina. Bl-ghajnuna tieghi biss, tfal ckejknin, tistghu tifthu ghajnejkom. Hemm hafna li bl-ghixien tal-messaggi li qed naghtikom qed jifhmu li jinsabu fuq it-triq tal-qdusija lejn l-eternita. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, Marzu 18, 2009 - Messagg moghti lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi! Illum
insejhilkom
biex sincerament tharsu fi qlubkom fit-tul. X' ser taraw fihom? Fejn hu Ibni fihom u fejn hi x-xewqa li timxu lejh warajja? Uliedi jalla dan iz-zmien ta' cahda ikun ghalikom zmien fejn intom tistaqsu lilkom infuskom: 'X'irid personalment minni l-Mulej? X'ghandi naghmel?' Itolbu, sumu u kunu ta' qalb hanina. Tinsewx lir-rghajja taghkom. Itolbu sabiex ma jintilfux, sabiex jibqghu f' Ibni halli hekk ikunu rghajja tajba ghal merhla.
”
Il-Madonna mbaghad harset lejn kull min kien prezenti u qalghet:
“
N
erga' nghidilkom, kieku biss tkunu tafu kemm inhobbkom, tibku bil-ferh. Grazzi.
”
Message, April 25, 2009
“
G
heziez uliedi, illum
insejhilkom
biex titolbu ghall-paci u biex tixhdu ghaliha fil-familji taghkom halli l-paci ssir l-akbar tezor f' din id-dinja minghajr sliem. Jiena s-Sultana tal-Paci taghkom u Ommkom.Nixtieq immexxikom fuq it-triq tal-Paci li tigi biss minn Alla. Ghaldaqstant itolbu, itolbu, itolbu. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Lulju 2, 2009 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi! Qed
insejhilkom
ghax ghandi bzonnkom. Ghandi bzonn il-qlub taghkom lesti biex ihobbu bla limiti - qlub li ma jkunux imtaqqla mill-vanita - qlub li lesti jhobbu kif habb Ibni - li lesti jissaggrifikaw lilhom infushom bhalma Ibni ssaggrifika lilu nnifsu. Ghandi bzonnkom. Sabiex tigu mieghi ahfru lilkom infuskom, ahfru lil xulxin u aduraw lil Ibni. Adurawh anke ghal dawk li ghadhom ma jafuhx, ghal dawk li ma jhobbuhx. Ghalhekk ghandi bzonnkom; ghalhekk qed
insejhilkom
. Grazzi.
”
Message, Awwissu 25, 2009
“
G
heziez uliedi! Illum qed
insejhilkom
mill-gdid ghall-konverzjoni. Tfal ckejknin m' intomx qaddisa biz-zejjed u m' intomx tirraddjaw il-qdusija fuq l-ohrajn, ghaldaqstant itolbu, itolbu, itolbu u ahdmu fuq il-konverzjoni personali taghkom halli intom issiru sinjal ta' l-imhabba t' Alla ghal ohrajn. Jiena maghkom u qed immexxikom lejn l-eternita', li ghaliha kull qalb ghandha tixxennaq. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Settembru 2, 2009 - Messagg moghti minn Sidtna Marija permezz ta' Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi, b' qalb materna llum qed
insejhilkom
biex titghallmu tahfru kompletament u bla ebda kundizzjonijiet. Intom tbatu ingustizzja, tradimenti u persekuzzjonijiet, izda b' dan intom eqreb u eghzez ghal Alla. Gheziez uliedi, itolbu ghad-don ta' l-imhabba. L-imhabba biss tahfer kollox, bhalma Ibni jahfer - imxu warajh. Jiena ninsab fostkom u qed nitlob sabiex meta intom tigu quddiem il-Missier tkunu tistghu tghidu, 'Hawn jien Missier, jien imxejt wara Ibnek, kelli l-imhabba u hfirt mill-qalb ghax jien emmint fil-gudizzju tieghek u afdajtek.' Grazzi.
”
Message, Dicembru 25, 2009 - Messagg ta' Sidtna Marija lil Jakov Colo waqt id-dehra annwali tieghu
“
G
heziez uliedi! Matul dan iz-zmien kollu fejn Alla b' mod specjali qed jippermettili nkun maghkom, Jiena nixtieq li mmexxikom fit-triq li twassal ghand Gesu' u lejn is-salvazzjoni taghkom. Tfal ckejknin tieghi, tistghu ssibu s-salvazzjoni f' Alla biss, u ghaldaqstant, specjalment f' dan il-jum ta' grazzja bic-ckejken Gesu' f' dirghajja,
insejhilkom
sabiex thallu lil Gesu' jitwieled fi qlubkom. B' Gesu' fi qlubkom biss tistghu tterrqu fuq it-triq tas-salvazzjoni u tal-hajja ta' dejjem. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Jannar 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
heziez uliedi, illum qed
insejhilkom
sabiex, b' fiducja shiha u b' imhabba, tigu timxu mieghi, ghax jien nixtieq nlaqqghakom ma' Ibni. La tibzghux uliedi, jiena ninsab hawn maghkom, jiena ninsab ma' genbkom. Jiena qed nurikom it-triq kif tahfru lilkom infuskom, kif tahfru lil ohrajn, u b' soghba sinciera f' qalbkom, tinzlu gharkubtejkom quddiem il-Missier. Mewtu minn gewwa fikom kull ma jtellifkom milli thobbu u ssalvaw - halli tkunu tistghu tkunu Mieghu u fiH. Iddeciedu ghal bidu gdid, ghal bidu ta' mhabba sinciera lejn Alla nnifsu. Grazzi.
”
Message, Frar 25, 2010
“
G
heziez uliedi! F' dan iz-zmien ta' grazzja, meta n-natura qed thejji ruhha biex taghti l-isbah ilwien tas-sena,
insejhilkom
tfal ckejknin sabiex tifthu qlubkom ghal Alla l-hallieq halli Hu jittrasformakom u jiffurmakom fl-ixbiha tieghu, sabiex it-tajjeb kollu li raqad fi qlubkom jerga' jqum ghall-hajja gdida u jixxennaq ghall-eternita'. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, April 25, 2010
“
G
heziez uliedi! F'dan iz-zmien fejn intom qeghdien titolbu u tfittxu l-intercessjoni tieghi,
insejhilkom
tfal ckejknin sabiex titolbu halli permezz tat-talb taghkom Jiena nkun nista' nghinkom biex qlubkom ikunu dejjem iktar miftuha biex jilqghu l-messaggi tieghi. Itolbu ghall-intenzjonijiet tieghi. Jiena maghkom u nintercedi ghal kull wiehed u wahda minnkom quddiem Ibni. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose