Our Lady of Medjugorje Messages containing 'għalikom'
Total found:
7
Message, April 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum inberikkom b' mod speċjali u nitlob
għalikom
sabiex terġgħu lura lejn it-triq it-tajba lejn Ibni - is-Salvatur u r-Redentur tagħkom - lejĦ li takom il-ħajja ta' dejjem. Irriflettu fuq dak kollu li hu uman, fuq dak kollu li ma jħallikomx tmorru wara Ibni - fuq dak kollu li jgħaddi, l-imperfezzjonijiet u l-limitazzjonijiet - u mbagħad aħsbu fuq Ibni fuq l-infinita' Divina tiegħu. Bl-abbandun (f'Alla) u bit-talb tagħkom qaddsu lil ġisimkom u pperfezjonaw lil ruħkom. Kunu mħejjija wliedi. Grazzi.
”
Waqt li l-Madonna kienet sejra, Mirjana rat salib kbir tad-deheb wara l-Madonna.
Message, Awwissu 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! B' ferħ kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid: itolbu, itolbu, itolbu. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali
għalikom
. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-ferħ. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Ottubru 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi, jalla dan iż-żmien ikun żmien ta' talb
għalikom
. Is-sejħa tiegħi tfal ċkejknin, tixtieq tkun
għalikom
sejħa sabiex tiddeċiedu li ssegwu t-triq tal-konverżjoni; għaldaqstant itolbu u fittxu l-interċessjoni tal-qaddisin kollha. Jalla huma jkunu
għalikom
eżempju, inċentiv u hena lejn il-ħajja ta' dejjem. Grazzi talli weġibtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Mejju 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi, it-talba tiegħi
għalikom
illum hi biex intom ilkoll tfittxu l-grazzja tal-konverżjoni. Qed tħabbtu fuq il-bieb ta' qalbi, iżda mingħajr tama u talb, u mingħajr is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni ma' Alla. Ħallu d-dnub, tfal ċkejknin, u ddeċidu għall-qdusija. B' dan il-mod biss nista' ngħinkom, nisma' talbkom u ninterċedi
għalikom
quddiem Alla l-għoli. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Lulju 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Jalla dan iż-żmien ikun
għalikom
żmien ta' talb u skiet. Serrħu l-ġisem u r-ruħ tagħkom, jalla jkunu fl-imħabba ta' Alla. Ippermettuli tfal ċkejknin, sabiex immexxikom, iftħu qlubkom lill-Ispirtu s-Santu biex dak kollu li hu tajjeb fikom iwarrad u jagħti l-frott għall-mitt darba. Ibdew u temmu l-jum b' talb bil-qalb. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
Message, Settembru 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Insejħilkom, sabiex dan iż-żmien ikun
għalikom
ilkoll, żmien ta' xhieda. Intom li tgħixu fl-imħabba ta' Alla u esperjenzajtu d-doni tiegħu, ixhdu għalihom bi kliemkom u ħajjitkom ħalli dawn ikunu għall-hena u għall-inkuraġġiment ta' l-oħrajn fil-fidi. Jiena magħkom u l-ħin kollu ninterċedi
għalikom
quddiem Alla sabiex il-fidi tagħkom dejjem tkun ħajja, ferrieħa u fl-imħabba ta' Alla. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
Latest Message, Novembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja
għalikom
biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn
għalikom
biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose