Our Lady of Medjugorje Messages containing 'fidi'
Total found:
11
Message, Gunju 2, 2008 - Apparitions to Mirjana
“
G
heziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-
fidi
u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija
*
, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-
fidi
u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom.
”
*
Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.
Message, Awwissu 2, 2008 - Messagg moghti lil Mirjana
“
G
heziez uliedi! Ghall-fatt li Jien qed nigi ghandkom hawn fostkom, il-kobor t' Alla qed jigi rifless u t-triq lejn l-hena eterna ma' Alla qed tinfetah. Thossukomx dghajfa, wahedkom u abbandunati. Bil-
fidi
, it-talb u l-imhabba, itilghu l-gholja tas-salvazzjoni. Jalla l-quddiesa, l-oghla u l-aktar att qawwi ta' talb ghalikom, tkun ic-centru tal-hajja spiritwali taghkom. Emmnu u hobbu uliedi. Dawk li Ibni ghazel u sejjah jghinukom f' dan ukoll. Lilkom u b' mod specjali lilhom, naghti l-barka materna tieghi. Grazzi.
”
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u anke l-oggetti religjuzi li gabu bil-barka materna taghha.
Message, Ottubru 2, 2008 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana
“
G
heziez uliedi, ghal darb' ohra nsejhilkom ghall-
fidi
. Il-qalb materna tieghi tixtieq li qalbkom tinfetah sabiex tkun tista' tghid lil qalbkom: Emmen. Uliedi, il-
fidi
biss taghtikom il-qawwa fil-provi tal-hajja. Hi ggeddidilkom ruhkom u tifthilkom il-moghdijiet tat-tama. Jiena maghkom. Nigborkom madwari ghax nixtieq nghinkom, halli tkunu tistghu tghinu lill-proxmu taghkom jiskopri l-
fidi
, li hi l-unika hena u ferh tal-hajja. Grazzi!
”
Il-Madonna bierket 'l kull min kien prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu. Ghal darb' ohra qaltilna nitolbu ghall-qassisin specjalment f' dan iz-zmien.
Message, Mejju 25, 2009
“
G
heziez uliedi! F' dan iz-zmien inheggigkom ilkoll biex titolbu ghall-migja ta' l-Ispirtu s-Santu fuq kull persuna mghammda halli l-Ispirtu s-Santu jgeddidkom ilkoll u jmexxikom fil-moghdija tax-xhieda tal-
fidi
taghkom - lilkom u lil dawk li huma 'l boghod minn Alla u minn imhabbtu. Jiena maghkom u nintercedi ghalikom quddiem Alla l-gholi. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, Ottubru 25, 2009
“
G
heziez uliedi! Illum ukoll qed ingibilkom il-barka tieghi, inberikkom ilkoll u nitlobkom tikbru fuq din it-triq, li Alla beda permezz tieghi ghas-salvazzjoni taghkom. Itolbu, sumu u b' ferh ixhdu ghall-
fidi
taghkom tfal ckejknin, u j'Alla qlubkom ikunu dejjem mimilja talb. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, Novembru 25, 2009
“
G
heziez uliedi! F' dan iz-zmien ta' grazzja nitlobkom iggeddu t-talb fil-familji. Hejju ruhkom bil-ferh ghall-migja ta' Gesu'. Tfal ckejknin, jalla qlubkom ikunu safja u joghgbu ('l Alla) halli mhabba u tjubija jistghu jghaddu minnkom ghal kull qalb li hi 'l boghod minn imhabbtu. Tfal ckejknin kunu l-idejn mifruxa tieghi, idejn ta' mhabba ghal dawk kollha li huma mitlufa, li m' ghadx ghandhom
fidi
u tama. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Jannar 25, 2010
“
G
heziez uliedi! Jalla dan iz-zmien ikun zmien ta' talb personali ghalikom sabiex iz-zerriegha tal-
fidi
tikber fi qlubkom; u jalla tikber f' xhieda ferrihija ghal ohrajn. Jiena maghkom u nixtieq nispirakom ilkoll: ikbru u ifirhu fil-Mulej li halaqkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Settembru 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-
fidi
dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Lulju 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum insejħilkom għall-pass iebes u diffiċli, għall-għaqda tagħkom ma' Ibni. Insejħilkom għal stqarrija sħiħa u l-qrara ta' dnubietkom, għall-purifikazzjoni. Qalb mhux safja ma tistgħax tkun ma' Ibni u f' Ibni. Qalb mhux safja ma tisgħax tagħti l-frott ta' l-imħabba u ta' l-għaqda. Qalb mhux safja ma tisgħax twettaq affarijiet korretti u ġusti; m' hijiex eżempju ta' l-isbuħija ta' l-imħabba ta' Alla għal dawk li hemm madwarha u għal dawk li għadhom ma għarfux din l-imħabba. Intom uliedi, qed tinġabru madwari mimlija entużjażmu, xewqat u stennija u jiena bil-ħerqa nitlob lit-twajjeb Missier sabiex permezz ta' l-ispirtu s-Santu, ipoġġi lil Ibni - il-
fidi
, fil-qalb ippurifikata tagħkom. Uliedi obduni, ejjew terqu miegħi.
”
Message, Settembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b'
fidi
u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.
”
Message, Settembru 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Insejħilkom, sabiex dan iż-żmien ikun għalikom ilkoll, żmien ta' xhieda. Intom li tgħixu fl-imħabba ta' Alla u esperjenzajtu d-doni tiegħu, ixhdu għalihom bi kliemkom u ħajjitkom ħalli dawn ikunu għall-hena u għall-inkuraġġiment ta' l-oħrajn fil-
fidi
. Jiena magħkom u l-ħin kollu ninterċedi għalikom quddiem Alla sabiex il-
fidi
tagħkom dejjem tkun ħajja, ferrieħa u fl-imħabba ta' Alla. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose