Our Lady of Medjugorje Messages containing 'dinja'
Total found:
13
Message, Gunju 25, 2008
“
G
heziez uliedi! Illum ukoll, b' ferh kbir gewwa qalbi insejhilkom biex timxu warajha u tisimghu l-messaggi tieghi. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u l-imhabba f' din id-
dinja
bla sliem. Jiena maghkom u nberikkom flimkien ma' Ibni, is-Sultan tal-Paci.
”
Message, Awwissu 25, 2008
“
G
heziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghall-konverzjoni personali.Kunu intom dawk li jikkonvertu, u bil-hajja taghkom, tkunu xhieda, hobbu, ahfru u gibu l-ferh ta' l-Irxoxt f' din id-
dinja
fejn Ibni miet u fejn in-nies ma jhossux il-htiega li jfittxuh u li jiskopruH f' hajjithom. Intom tadurawH, u jalla t-tama taghkom tkun tama ghal dawk il-qlub li m' ghandhomx 'l Gesu'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi!
”
Message, Ottubru 25, 2008 - Il-messag ta' Sidtna Marija lil Marija Pavlovic Lunetti
“
G
heziez uliedi! B' mod specjali nitlobkom ilkoll sabiex titolbu ghall-intenzjonijiet tieghi, halli permezz ta' talbkom tkunu tistghu twaqqfu l-pjanijiet tax-xitan fuq din id-
dinja
, li kuljum hi dejjem iktar 'l boghod minn Alla u li qed tqieghed lilha nnifisha fil-post ta' Alla u qed teqred dak kollu li hu sabih u tajjeb fir-ruh ta' kull wiehed minnkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, ipprotegu lilkom infuskom bit-talb u s-sawm halli tkunu konxji kemm Alla jhobbkom u tkunu tistghu twettqu r-rieda t' Alla. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, Novembru 25, 2008 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Marija Pavlovic Lunetti
“
G
heziez uliedi! Anke llum insejhilkom, f' dan iz-zmien ta' grazzja, sabiex titolbu halli ic-ckejken Gesu' jitwieled fi qlubkom. Jalla Hu, li Hu l-paci nnifisha, jaghti l-paci lid-
dinja
kollha permezz taghkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, itolbu bla waqfien ghal din id-
dinja
mqallba u bla paci, halli intom issiru xhieda tal-paci ghal kulhadd. Jalla t-tama tibda tnixxi minn qlubkom bhal xmara ta' grazzja. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Jannar 25, 2009
“
G
heziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghat-talb. Jalla t-talb ghalikom ikun bhal dik iz-zerriegha li intom tqieghdu f' qalbi u li Jien nghaddihielkom lil Gesu ghas-salvazzjoni ta' rwiehkom. Nixtieq tfal ckejknin li lkoll kemm intom issiru thobbu l-hajja eterna li hi l-futur taghkom, u li l-affarijiet tad-
dinja
jkunu ghalikom ta' ghajnuna sabiex iqarrbukom iktar lejn Alla l-Hallieq. Ninsab maghkom daqshekk fit-tul ghax qeghdien fuq il-moghdija l-hazina. Bl-ghajnuna tieghi biss, tfal ckejknin, tistghu tifthu ghajnejkom. Hemm hafna li bl-ghixien tal-messaggi li qed naghtikom qed jifhmu li jinsabu fuq it-triq tal-qdusija lejn l-eternita. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
”
Message, April 25, 2009
“
G
heziez uliedi, illum insejhilkom biex titolbu ghall-paci u biex tixhdu ghaliha fil-familji taghkom halli l-paci ssir l-akbar tezor f' din id-
dinja
minghajr sliem. Jiena s-Sultana tal-Paci taghkom u Ommkom.Nixtieq immexxikom fuq it-triq tal-Paci li tigi biss minn Alla. Ghaldaqstant itolbu, itolbu, itolbu. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
”
Message, Mejju 25, 2010
“
G
ħeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-
dinja
. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Awwissu 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex flimkien miegħi, tibdew tibnu fi qlubkom is-saltna tas-smewwiet u tinsew dak kollu li hu personali, u mmexija mill-eżempju ta' Ibni, taħsbu f' dak li hu ta' Alla. X' jixtieq Hu minn għandkom? Tħallux lil satana jiftħilkom it-toroq tal-ferħ ta' din id-
dinja
, toroq fejn m' hemmx Ibni. Uliedi, huma foloz u jdumu ftit. Ibni jeżisti. Jiena noffrilkom il-ferħ etern u l-paċi, l-għaqda ma' Ibni, ma' Alla, Jiena noffrilkom is-saltna t' Alla. Grazzi.
”
Message, Jannar 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Illum ukoll ninsab magħkom u qed inħares lejkom u nberikkom u m' iniex se naqta' qalbi li din id-
dinja
għad tinbidel għat-tajjeb u li l-paċi ssaltan fi qlub il-bnedmin. L-hena se tibda ssaltan fid-
dinja
għaliex intom inftaħtu għas-sejħa tiegħi u għall-imħabba t' Alla. L-Ispirtu s-Santu qed jibdel lil dik il-multitudni ta' nies li qalu 'iva'. Għaldaqstant nixtieq ngħidilkom: Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Awwissu 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex titwieldu mill-ġdid fit-talb, u permezz ta' l-Ispirtu s-Santu ssiru poplu ġdid flimkien ma' Ibni; poplu li jaf li jekk tilef lil Alla, tilef lilu innifsu; poplu li jaf li flimkien ma' Alla, għalkemm qalb tant tbatija u provi, huwa fiż-żgur u salv. Insejħilkom sabiex tinġabru fil-familja ta' Alla u li tissaħħu bil-qawwa tal-Missier. Bħala individwi, uliedi, intom ma tistgħux twaqqfu l-ħażen li jrid jibda jsaltan f' din id-
dinja
u jeqridha. Iżda skont ir-rieda ta' Alla, ilkoll flimkien, ma' Ibni intom tistgħu tbiddlu kollox u tfejqu lid-
dinja
. Insejħilkom sabiex titolbu b' qalbkom kollha għar-rgħajja tagħkom għaliex Ibni għażilhom. Grazzi.
”
Message, Awwissu 25, 2011
“
G
ħeżież uliedi! Illum insejħilkom sabiex titolbu u ssumu għall-intenzjonijiet tiegħi għaliex satana jrid jeqred il-pjan tiegħi. Hawn bdejt b' din il-parroċċa u stedint lid-
dinja
kollha. Ħafna wieġbu iżda hemm numru enormi li ma jridux jisimgħu u jilqgħu s-sejħa tiegħi. Għalhekk intom li għidtu 'iva', ibqgħu b' saħħitkom u sodi. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
”
Message, Settembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-
dinja
kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.
”
Latest Message, Novembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
“
G
ħeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-
dinja
għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.
”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose